Malti

Dwarna

Merri Health (Servizzi tas-Saħħa Komunitarja ta' Merri) hija organizzazzjoni dinamika li hija fuq quddiem fil-qasam tagħha, li tipprovdi varjetà ta' servizzi tas-saħħa u servizzi komunitarji lin-nies ta' Moreland u lis-Subborgi tat-Tramuntana ta' Melbourne.

Merri Health tipprovdi varjetà ta' servizzi li jinkludu:

  • Kura għall-Anzjani – Gruppi ta' Attivitajiet Ippjanati
  • Saħħa Relatata – Patoloġija tat-Taħdit tal-Adulti, Dijetetika, Edukazzjoni dwar id-Dijabete, Nersing fil-Komunità, Terapija Biex Tgħinek Tikseb l-Indipendenza fl-Attivitajiet tax-Xogħol, Fiżjoterapija u Kiropodija
  • Servizzi għal Dawk li Jieħdu Ħsieb Oħrajn
  • Servizzi ta' Immaniġġjar ta' Każi
  • Servizzi għat-Tfal – Awdjoloġija, Terapija Biex Tgħinek Tikseb l-Indipendenza fl-Attivitajiet tax-Xogħol, Pedjatrija, Patoloġija tat-Taħdit u Edukazzjoni għall-Ġenituri
  • Pariri
  • Saħħa Dentali
  • Servizzi għall-Familja inklużi Pariri dwar Vjolenza fil-Familja u Terapija għall-Familja għall-membri tal-familja li jkunu milquta minn problemi tal-Alkoħol u Drogi
  • Promozzjoni tas-Saħħa
  • Saħħa mentali – Programm ta' Attività għal matul il-Ġurnata, Attivitajiet fil-Komunità u sapport għal residenti ta' Servizzi Residenzjali b'Sapport
  • Programmi ta' għoti ta' labar u siringi nodfa fi Brunswick u f'Coburg
  • Kura ta' respite (serħan għal min jieħu ħsieb xi ħadd)
  • Sapport soċjali
  • Għajnuna u Pariri għall-Vittmi
  • Servizzi tas-Saħħa għaż-Żgħażagħ inklużi pariri dwar Alkoħol u Drogi, Servizz għaż-Żgħażagħ b'Konċentrament fuq l-Iskola u Edukazzjoni dwar Saħħa Sesswali għal dawk b'diffikultajiet ta' Tagħlim.

Merri Health topera fi 11-il lokalità f'Moreland u fis-subborgi tat-Tramuntana ta' Melbourne. Jekk jogħġbok ċempel 03 9387 6711 biex tagħmel appuntament. Meta ċċempel jistgħu jkunu organizzati servizzi ta' interpreter.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mid-9am – 5pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Hemm ħlas żgħir għal xi wħud mis-servizzi tagħna.